U kieku dakinhar ma rkibtx tal-linja?

. . . kieku x’aktarx li Fil-Mergħat tal-Impossibbli ma kienx jinkiteb. Għax dan il-ktieb jaf it-twelid tiegħu waqt vjaġġ minn Ħad-Dingli sal-Belt fuq karozza tal-linja mill-antiki. Fil-Mergħat tal-Impossibbli huwa l-ewwel parti minn serje ta’ żewġ kotba, bit-tieni parti, (li s’issa għadha mhix pubblikata), jisimha ‘Jien, Wieħed Minnhom‘. L-isem ta’ dawn iż-żewġ kotba f’daqqa hija Unus Mundus (bil-latin, Dinja Waħda).

Kienet festa pubblika. Karen ġietha l-idea li qabel tal-linja s-sofor jitneħħew mit-toroq biex posthom jeħduh l-Arriva, nieħdu lit-tifel tagħna Luke, li dak iż-żmien kien għad kellu sentejn, dawra fuqhom. U tlaqna.

Iżda ġara li kif ix-xufier startja l-magna, kif ir-riħa tad-diesel imħallat bil-pitrolju daħlet mit-twieqi li qatt ma jingħalqu sew, bdiet tinbena storja ġewwa moħħi. Kien effett stramb, qawwi, traxxendentali. Il-passiġġieri telgħin u neżlin mill-karozza bejn stejġ u ieħor saru parti min-nisġa tal-istorja. Ħassejtni dħalt fi stat ta’ trance, u hemmhekk, f’dak il-post bejn ir-realtà ta’ madwari u l-letteratura, lestejt il-plot sħiħ.

Kont eċitat. Ħassejt mill-ewwwel li din kienet se tkun storja tajba. Kif inżilna ħdejn il-funtana tat-tritoni, morna dritt il-Barrakka Cafe, u tlabt lil Karen tagħtini karta u lapes biex inniżżel mappa ta’ dak kollu li għadda mingħalija. Meta lestejt, ħadt lil Luke jiġri wara l-ħamiem fil-ġnien tal-Barrakka. Fuq fommi kelli tbissima mċarrta.

Dik il-ħabta kien għadni kif lestejt il-kitba fuq Is-Sitt Aħwa u għaddejt kollox lil Merlin Publishers. Kont qed naħseb biex nieħu pawsa qasira qabel nibda proġett ġdid. Iżda malajr dawwart il-ħsieb. Qbadt nirriċerka u nikteb b’enerġija kbira, u ma waqaftx qabel ma lestejt l-ewwel draft.

Book trailer ta’ Fil-Mergħat tal-Impossibbli: http://www.youtube.com/watch?v=aF0__RnisFE

Bħala ktieb, Fil-Mergħat tal-Impossibbli huwa l-aktar wieħed li dam biex għadda mill-ewwel draft għall-pubblikazzjoni. Kien jinvolvi riċerka kbira, b’dettall u rqaqat li kienet tirrikjedi dik it-tip ta’ stroja. Bl-għajnuna tan-nies tas-soltu (u xi oħrajn ġodda li se nikteb dwarhom ‘il quddiem), irranġajt u tejjibt il-kitba u ħriġt draft wara ieħor sakemm fl-aħħar għaddejt verżjoni lil Chris Gruppetta. U anke din il-verżjoni kien baqgħalha x’jittejjeb fiha. Biss biss għamilna żewġ proċessi oħra t’editjar, fejn Chris kien l-editur ta’ dan ix-xogħol, u l-kritika kostruttiva tiegħu għenitni norqom Mergħat biex finalment ġie ppreżentat lill-qarreja f’Novembru tal-2013, waqt il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb.

Għal aktar tagħrif, jew biex taqra silta mill-ktieb, żur www.johnabonello.com

Advertisements

One thought on “U kieku dakinhar ma rkibtx tal-linja?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s