Ir-ragħaj fil-mergħat tal-ħbiberija

Niftakar konna qed nieklu x-Sharma, l-Imdina, lejn l-aħħar ta’ Settembru tal-2012. Din l-ikla bejn 4 kittieba konna bdejna nagħmluha kull tliet xhur. Konna nkunu jien, Renè, Donovan Gatt u Mark Camilleri. Erba’ kittieba magħqudin mill-imħabba għall-kitba.

Renè kien bilqiegħda faċċata tiegħi u staqsieni hux qed naħdem fuq xi ktieb ġdid. Semmejtlu Fil-Mergħat tal-Impossibbli, u mill-isem biss ukoll rajtu interessat. Staqsejtu jgħinix, speċjalment fuq il-biċċiet fejn tidħol il-Knisja. Mhux talli aċċetta, talli talabni dak il-ħin stess nagħtih overview tal-istorja ħalli jidħol fl-atmosfera tal-ktieb. U daħal sew – madwar tliet siegħat wara, jien u dieħel lura d-dar, nirċievi SMS mingħandu. Kienet poeżija ta’ ġmiel kbir. Qalli kitibha dak il-ħin, ispirat mill-konverżazzjoni li kellna. Din il-poeżija llum tinsab ġo Mergħat.

Qabel tlajt norqod, bgħattlu l-manuskritt kif ftehemna.

Il-feedback irċevejtu madwar erba’ ġimgħat wara; 38 SMS waqt li kien qiegħed btala Għawdex mal-familja u tnax-il email matul il-jiem ta’ wara, kollha mimlijin informazzjoni u reazzjonijiet ta’ Renè. Lil Renè ma kienx ilni nafu ħafna – l-ewwel darba li ltqajt miegħu kienet fit-tnedija tal-ktieb tiegħu stess, Is-Saltna tal-Ħamsin fl-2010. Madankollu konna sirna ħbieb mill-ewwel u żammejna kuntatt. L-għajnuna li tani kienet tiswa mitqlu deheb, u konvint li kienet waħda mill-fatturi li tejbu l-ktieb tiegħi . . .

602610_10151287724446047_1630857244_n

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s