Proċess t’editjar ta’ ktieb

Wieħed mill-aktar proċessi importanti fil-ħajja ta’ ktieb huwa l-editjar. L-editjar jinvolvi xogħol li finalment iwassal ktieb għall-pubblikazzjoni. Il-proċess jinkludi korrezzjonijiet tal-istruttura tal-istorja, titjib ta’ plot u sub-plots, tqassir – u xi kultant żidiet – tal-kitba skont il-bżonn (pereżempju, jitneħħew partijiet ‘dull’ mill-istorja, jew inkella iżżid ftit kitba biex tispjega xi ħaġa aħjar).
L-Editur mhuwiex l-awtur innifsu. Mhux għax ma jistax ikun hekk, imma għax l-awtur stess ma jaqbillux li jeditja xogħolu stess – dejjem jekk jixtieq li jkollu titjib fil-kwalità.

Waqt l-editjar tal-ktieb il-ġdid tiegħi #irvinvella

Il-proċess jibda wara li manuskritt sottomess lil pubblikatur jiġi magħżul għal pubblikazzjoni. Huwa fid-dmir tal-pubblikatur li jaħtar editur għall-manuskritt – tipikament, il-pubblikatur ikollu għadd ta’ nies li jkunu esperti f’oqsma differenti, u jagħżel fosthom l-aħjar kandidat għal manuskritt sottomess. Pereżempju, ma jagħmilx sens li editur li ma jifhem xejn f’affarijiet legali jeditja storja dwar avukati jew affarijiet tal-Qorti.

Wara li l-editur jaqra sew il-manuskritt, jagħmel il-kummenti tiegħu fuq dak li jidhirlu li għandu jitjieb u jibgħathom lill-awtur. Dan min-naħa tiegħu idur dawn il-kummenti – fejn jaqbel, jaqbad u jibdel, fejn ma jaqbilx jiġġustifika ruħu. L-għażla finali jiġix mibdul it-test jew le wara kollox tibqa’ dejjem tal-awtur.

Kemm jieħu żmien proċess bħal dan?

Iż-żmien jiddependi minn ħafna fatturi, fosthom kemm hu twil il-manuskritt, kemm hi kumplessa l-kitba, u kemm hu miktub tajjeb. Mill-esperjenzi personali, il-proċess normalment jieħu bejn tlieta u sitt ġimgħat, b’żewġ ‘rounds’ t’editjar.

X’jiġri wara l-editjar?

Wara li jitlesta l-editjar u kemm l-awtur kif ukoll il-pubblikatur ikunu kuntenti bix-xogħol, il-manuskritt jgħaddi għall-qari tal-provi għall-korrezzjoni ortografika. U minn hemm għal għand id-disinjatur li jħejji l-manuskritt finali biex jintbagħat għand il-printers.

Advertisements

One thought on “Proċess t’editjar ta’ ktieb

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s