Minn fuq is-Saqqajja għal ġol-ħwienet tal-kotba . . .

PrivateInvestigatorBaqa’ madwar xahrejn oħra. Wara ħafna ħafna xogħol u tħejjija, il-karattru l-ġdid tiegħi lest biex jinqala’ minn bejn il-paġni tal-manuskritt u jiltaqa’ mal-qarrejja. Hu jixtieq isir jafhom daqskemm huma jixtiequ jsiru jafu lilu. Għax hu żagħżugħ kurjuż minnu nniffsu. Iħobb ikun jaf, iħobb jistaqsi u jitgħallem. Iħobb jiġbor l-evidenza, ifittex il-provi, jibni każ wara każ. Iħobb jinvestiga. Jismu Irvin, u l-udjenza li jixtieq jilħaq hija ta’ tfal bejn id-9 u l-14-il sena.

Dan il-ktieb il-ġdid (li dwaru se tkunu tafu aktar ‘il quddiem) beda minn taħdita ċkejkna fuq is-Saqqajja, meta kont qed nieħu kafè ma’ Chris Gruppetta, id-direttur ta’ Merlin Publishers, id-dar ta’ pubblikazzjoni tal-kotba tiegħi. Bħal ma jiġri ħafna drabi, id-diskors jieħu toroq li ma tistenniex. Konna qed niddiskutu l-possibilità li nadatta manuskritt li kont għaddejt lil Chris għal udjenza ta’ tfal. U minn hemm nibtet żerriegħa ċkejkna. Minn hemm twieled Irvin Vella, karattru li qisu kien qed jistenna l-waqt opportun biex jiżvela ruħu u l-ħiliet tiegħu.

Segwu dan il-blog għal aktar tgħarif. Intant, Irvin Vella ippreparat sew …

www.johnabonello.com

Advertisements

One thought on “Minn fuq is-Saqqajja għal ġol-ħwienet tal-kotba . . .

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s