Kif karattru jiżviluppa aktar ma ssir tafu …

karattruFi kiteb li qed naqra bħalissa, ‘The Secret History‘ ta’ Donna Tartt, iltqajt ma’ eżempju tajjeb ħafna fejn il-karattru ewlieni tal-istorja, li huwa wkoll in-narratur, qiegħed kull ma jmur isir dejjem aktar dark f’għemilu u fi ħsibijietu. Il-ġrajja li jġarrab dan il-karattru (Richard), flimkien ma’ grupp żgħir ta’ ħbieb, ftit ftit iġiegħluh jibda jara ċertu affarijiet taħt dawl ġdid. U dawn l-affarjiet li suppost iwaħxuh, bilkemm iħallu effett fuqu. Din l-evulozzjoni tal-karattru, li fl-opinjoni tiegħi hija fost l-aqwa li qatt qrajt, ġegħlitni nirrifletti fuq l-iżvilupp tal-karattru u kif jiena, bħala kittieb, nieħu ħsieb dan l-aspett fil-kitbiet tiegħi. Aktar minn hekk, din il-kittieba fetħitli għajnejja għal kif nista’ ntejjeb xogħoli.

Il-karattri ta’ Tartt niskopruhom ftit ftit, biċċa biċċa, bil-mod, però dejjem b’dik ix-xi ħaġa misterjuża fl-isfond li tixtieq tinkixef iżda mhux mill-ewwel. Meta nsiru nafuhom għall-ewwel darba, Richard, Henry, Charles u l-bqija, jgħidulna l-aktar affarijiet essenzjali biex insiru midħla tagħhom malajr. Imbagħad, bħalma wkoll jiġri fil-ħajja reali, nibdew ftit ftit nidħlu fil-fond fil-ħajja tagħhom. Sakemm niskopru l-aktar sigrieti midfuna u minsija, l-aktar xewqat strambi u intimi, l-aktar ħsibijiet moħbija f’irkejjen mudlama, imkeffna u mkebba biex kemm jista’ jkun ma jiskoprihom ħadd …

Ħa mmur inkompli naqra . . .

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s