Kemm tgħaddi malajr sena . . .

merghatBħal daż-żmien sena, f’waħda mis-serati tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, ħareġ Fil-Mergħat tal-Impossibbli. It-tnedija, organizzata b’mod impekkabbli (bħal dejjem) minn Merlin Publishers, kienet ta’ suċċess kbir u saħansitra f’dik l-edizzjoni tal-festival, Mergħat kien wieħed mill-aktar kotba li nbiegħu minn fuq l-istand tal-Merlin.

Dan huwa r-raba’ ktieb li ppubblikajt. Kien esperiment; użajt stil differenti minn dak tat-triloġija, immirajt l-kitba għal udejnza aktar matura, u ppruvajt nuża diversi metodi ta’ kitba biex noħloq textures differenti. Esperiment, li mir-rispons tajjeb li rċevejt, jidher li rnexxa. Ix-xogħol fuq is-sequel tiegħu miexi; għalkemm għadu lura milli jkun f’verżjoni tajba biżżejjed għall-pubblikazzjoni. Nittama li sa nofs l-2015 ikun lest.

Din kienet l-ewwel darba għalija li qed inniedi ktieb waqt il-festival, fejn kont qiegħed nattendi mhux bħala qarrej u fanatiku tal-letteratura, iżda bħala kittieb li qed iwassal dak li ħoloq lil qarrejja oħrajn. Kien reversal of roles interessantissimu, u naħseb li minkejja li t-tnedijiet imgħoddija kienu ta’ suċċess, din ta’ waqt il-festival tibqa’ l-aktar waħda ‘naturali’. Naturali fis-sens li l-ktieb kien fl-element tiegħu, fej965710_10151963470256047_1995981866_on il-kotra miġbura hemmhekk, anki dawk li ma kinux interessati fil-kitba tiegħi, kienu hemm għax miġbuda mill-istess imħabba, maqbuda fl-istess għanqbuta msaħħra li magħha jeħel kull min għandu għal qalbu l-kotba.

Sena wara t-tnedija, Fil-Mergħat tal-Impossibbli ġie nominat flimkien m’erba’ kotba oħra għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2013. Il-fatt li ġie rikonoxxut u qed jikkompeti ma’ kotba oħrajn minn awturi tal-kalibru ta’ Ġużè Stagno, Walid Nabhan u Alfred Sant huwa diġà biżżejjed għalija.

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s