Kliem Renè . . .

Kliem Renè, sentejn wara li miet, dewa madwar is-sala, vibbranti u mlewwen fl-istil tiegħu. Kien sabiħ wisq nisma’ xogħlu moqri, fejn flimkien ma’ sħabi l-kittieba Mark, Donovan u Rita, intlabna naqraw xi siltiet u poeżiji mill-pinna tal-ħcoverabib tagħna. Qrajna siltiet mill-ktieb Qasir il-Għomor li għadu kif ġie ippubblikat issa, minn Ħalluhom Jgħidu l-Kbar, manuskritt  li se jkun ippubblikat dalwaqt u minn Is-Saltna tal-Ħamsin, ippubblikat fl-2010. L-attività, organizzata mill-Għaqda tal-Malti, inżammet ilbieraħ, 12 ta’ Novembru 2014 fis-sala Sir Temi Żammit ġewwa Dar il-Mediterran, bħala attività waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.

Jien qrajt silta minn Is-Saltna tal-Ħamsin, il-ktieb li laqqagħni l-ewwel darba ma’ Renè. Kont mort għat-tnedija f’Diċembru tal-2010, xtrajt il-ktieb, u mort biex jiffirmahhuli. Kont għadni qatt ma ltqajt miegħu, iżda kif rani ħadli b’idi u sejjaħli b’ismi. Kien qed jistennieni. Qalli li kien qara It-Tielet Qamar u L-Aħħar Ħolma u għoġbuh ħafna, u kien qed jistenna b’ħerqa li joħroġ it-tielet ktieb.

Fil-ftit minuti li għamilna npaċpċu sirna ħbieb. Wegħdna lil xulxin li nerġgħu niltaqgħu – wegħda li żammejna spiss. U lbieraħ erġajna ltqajna.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s