It’s Alive!

Minn ħsieb ċkejken li nżera’ f’Lulju tal-2012 quddiem ġiex kikkri kafè fuq is-Saqqajja, għall-ewwel kunċett ta’ storja għat-tfal. Minn ġimgħat ta’ riċerka għall-iżvilupp tal-plot, tas-setting u tal-karattri. Imbagħad xhur twal ta’ kitba, editjar (u aktar editjar), qari tal-provi, laqgħat virtwali . . . u fl-aħħar hawn hu!

Fl-istamperija Gutenberg

Irvin Vella, l-investigatur virtwali bħalissa qiegħed jinħema fil-magni tal-istamperija Gutenberg. Fil-jiem li ġejjin, kważi sentejn u nofs xogħol se jingħataw il-kolla u jingħaqdu fi ktieb mitbugħ – ħolma oħra mwettqa u l-bidu t’avventura ġdida għalija.

Il-ħames ktieb tiegħi, Irvin Vella: Investigatur Virtwali – Il-Każ Manduca, pubblikazzjoni Merlin, se jkun għall-bejgħ mit-2 ta’ Frar fil-ħwienet tal-kotba ewlenin madwar Malta u Għawdex.

Advertisements

2 thoughts on “It’s Alive!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s