Waqt żjara fi skola …

Fil-ġimgħa li fiha jiġi mfakkar il-Jum Dinji tal-Ktieb, ġejt mistieden minn għadd ta’ skejjel biex nitkellem dwar il-kitba u dwar xi jfisser li tkun awtur. Waqt waħda minn dawn iż-żjarat, student għamilli mistoqsija interessanti. Wara li staqsieni x’tip ta’ xogħol nagħmel, xtaq ikun jaf jekk xogħoli jaffettwax il-kitba tiegħi.
L-impjieg full-time tiegħi huwa ta’ technical writer ma’ kumpanija lokali tas-software. Xogħli jinvolvi nikteb u nieħu ħsieb għadd ta’ dokumenti li jipprovdu għajnuna fuq kif wieħed juża l-prodotti li tiżviluppa l-kumpannija tagħna. Kif spjegajt lill-istudent li għamilli d-domanda, peress li dan ix-xogħol jirrikjedi ċertu preċiżjoni u attenzjoni, fejn wieħed irid iwassal messaġġ ċar fl-inqas kliem possibbli lil min sab diffikultà, dan il-proċess jgħini biex meta ndur għall-kitba kreattiva fil-ħin liberu tiegħi, inkun nista’ nesprimi l-enerġija kreattiva tiegħi aħjar. Naħseb ukoll, li kemm ilni nagħmel dan ix-xogħol tgħallimt inkun aktar konċiż f’kitbieti, u din qed nirriflettija wkoll fil-kotba li nikteb bħala delizzju.
Il-Jum Dinji tal-Ktieb jiġi ċċelebrat fit-23 t’April. L-għażla tad-data hija marbuta mad-data tat-twelid u tal-mewt ta’ kittieba famużi, fosthom Miguel de CervantesWilliam Shakespeare.
Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s