Trid tkun taf għaliex?

Power of WordsGħaliex nikteb? Lili nnifsi qatt ma staqsejtha din il-mistoqsija, imma f’ħafna okkażjonijiet kien hemm min staqsieni x’ġegħelni nibda nikteb, x’ispirani, x’nieħu mill-kitba. Naħseb l-aqwa kliem li jwieġeb eżatt din il-mistoqsija huwa dak li Sir Terry Pratchett, wieħed mill-kittieba favoriti tiegħi, kien iniżżel f’kull ktieb tiegħu fil-paġni preliminari (il-paġni ta’ quddiem ta’ ktieb). Pratchett jikteb hekk:

“Writing is the most fun you can have by yourself.”

U huwa minnu.

Jien u nikteb nibda nħoss l-istorja u nara x-xeni li qed niddeskrivi, kważi tista’ tgħid li ngħixhom. Meta l-karattri li noħloq jitkellmu, jkollhom leħen u sikwit noħloq id-diskursata billi nitkellem ngħajjat miegħi nnifsi. Id-dinja kreattiva li nkun fiha dak il-ħin issir palk.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, f’artiklu dwar il-mewt tal-kittieb u għalliem Wiliam Zinsser kien hemm kwotazzjoni minn tiegħu dwar il-kitba: “You are writing primarily to please yourself, and if you go about it with enjoyment you will also entertain the readers who are worth writing for.”

Din tmur ma’ dak li kiteb Pratchett, iżda f’aktar dettal. Għax huwa minnu li l-qarrejja jirnexxielhom iħossu l-entużjażmu tal-kittieb, u għalhekk japprezzaw aktar. Tiġri lili bħala qarrej, u tiġri lill-qarrejja li jaqraw il-kitbiet tiegħi.

Bdejt nikteb meta kelli xi tnax-il sena. Kitbiet ċkejknin, umoristiċi. Iżda dak iż-żmien l-arti u l-pittura kellha importanza akbar f’ħajti. Qlibt totalment mill-pittura għall-kitba meta kelli 30 sena. Fil-verità, bqajt impitter ix-xeni li dejjem rajt u għext ġewwa fiha, iżda minflok bl-ilwien fuq tila, bil-linka fuq il-karta. Forsi għalhekk nippreferi nikteb b’idi u mhux nittajpja fuq il-computer…u kif kien jgħid Robert Jordan: “I’ll continue writing till they nail my coffin shut”

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s