Irvin Vella u s-Sależjani ta’ Ħad-Dingli

IMG_1741

Meta bdejt immur l-oratorju tas-Sależjani ta’ Ħad-Dingli kelli 7 snin. Dak iż-żmien konna niltaqgħu fis-sular t’isfel nett tal-Kulleġġ Savio – Dar Dun Bosco kienet għadha ma teżistix. Is-Sależjani kellhom sehem kbir fil-formazzjoni tal-karattru tiegħi, b’ dak l-ambjent ta’ familja, bil-mentalità li titgħallem billi tilgħab u tieħu gost ma’ sħabek.

IMG_1755

Meta fid-19 ta’ Mejju li għadda żort l-iskola biex nitkellem mal-istudenti tal-1 u 2 sena sekondarja ħassejtni qisni dieħel lura d-dar . . . Paul Spiteri, il-librar tal-iskola li jiftakarni għadni tifel, introduċieni mat-tfal li laqgħuni immens, tkellmu miegħi, staqsew ħafna kemm dwar Irvin Vella, Il-Każ Manduca, kif ukoll dwar il-proċessi tal-kitba . . . xi wħud qajmu punti li ma stennejtx minn udjenza ta’ dik l-età. Turija li l-ambjent edukattiv li qed jitrawmu fih huwa wieħed b’saħħtu ferm . . .

IMG_1770

Minbarra l-mistoqsijiet tas-soltu, bħal pereżempju kemm indum biex nikteb ktieb, minn fejn nispira ruħi u jekk qattx ktibt bl-Ingliż, kien hemm ukoll min staqsa f’liema persuna nieħu gost nikteb l-aktar, jekk hux fit-tielet jew fl-ewwel persuna, u meta żvelajtilhom l-isem tat-tieni avventura ta’ Irvin Vella, student staqsieni użajtx l-alliterazzjoni fl-isem bi skop. L-għalliema tal-Malti, Clifford Jo Zahra u Dorothy Bezzina, qaluli li jidħlu fid-dettal meta jkunu qed jispjegaw l-aspetti tal-kitba, u dan kien evidenti ħafna, kif kien ukoll evidenti l-imħabba għall-Malti li t-tnejn li huma rnexxielhom jitrażmettu lill-istudenti tagħhom.

IMG_1753Ir-ritratti li qegħdin taraw ġew meħudin minn student jismu Wayne, li dakinhar kien inkarigat mill-fotografija.

B’kollox qattajt siegħa u nofs nitħaddet mal-istudenti dwar il-passjoni tiegħi, u konvint li kieku ridna konna nibqgħu sejrin sa filgħaxija.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s