06 It-tnedija ta’ Is-Sitt Aħwa

Is-sitt parti minn serje ta’ bloggati dwar it-triloġija Il-Logħba tal-Allat, dwar l-ideat, il-proċessi u t-triq li wasslithom fuq l-ixkafef tal-ħwienet . . .

429355_10150730856606047_1090397256_n

It-tielet ktieb tat-triloġija, Is-Sitt Aħwa, ġie mniedi f’attività organizzata minn Merlin Publishers ġewwa l-Coach & Horses Pub, l-Imsida. Id-data kienet il-15 ta’Marzu 2012, kważi sentejn wara l-pubblikazzjoni ta’ L-Aħħar Ħolma.

B’rabta mat-tema ta’ universi paralleli tat-triloġija, it-tnedija saret f’żewġ dimensjonijiet paralleli wkoll – waħda dik fiżika, b’attendenza tajba mmens u vibe mill-isbaħ, u tnedija oħra virtwali, fejn nies li ma setgħux jattendu kellhom iċ-ċans isegwu t-tnedija via Twitter bil-hashtag #6ahwa.

Team Is-Sitt Aħwa
Mix-xellug: Matthew Grima Connel, Chris Gruppetta, John Bonello u Pierre Portelli

Pastizzi Gourmet, complimentary drinks u mużika jazz assiguraw is-suċċess tas-serata. Ħadt gost niltaqa’ ma’ ħafna nies, uħud nafhom, oħrajn li sirt nafhom dakinhar. Iffirmajt ħafna kotba, tant li sal-aħħar tas-serata spiċċajt b’idi tuġgħani u rċevejt ħafna kummenti pożittivi fuq l-ewwel żewġ kotba tat-triloġija.

Waħda mill-aktar affarijiet li laqtuni kienet laqgħa li kelli ma’ qarreja ta’ erbatax-il sena. Spjegatli kif bl-ewwel żewġ kotba tiegħi tant ispirajtha li saħansitra kitbet novella – storja fil-ġeneru tal-fantażija wkoll bl-isem ta’ Ghosts and Humans: The First Battle.

Wara li qagħdna nitkellmu għaddietli wkoll kopja tal-ktieb tagħha, li llum qiegħed fil-librerija personali tiegħi u vera ngħożżu.

Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

F’Novembru 2013, waqt ċerimonja f’Kastilja, Is-Sitt Aħwa rebaħ żewġ premjijiet – L-Ewwel Premju fil-Kategorija Rumanzi għall-Adoloxxenti u Premju għall-Aħjar Disinn. Dawn iċ-ċertifikati tqassmu lili u lil Chris Gruppetta (Direttur ta’ Merlin Publishers u editur tal-kotba tiegħi) mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

1398748_671520452879441_1435427218_o

Bħala premju ingħatajt trofew, li sab postu maġenb dak li rbaħt is-sena ta’ qabel għal L-Aħħar Ħolma, ċertifikat, u rigal fi flus.

Il-valur ta’ dan il-premju huwa kbir – mhux għax ikkompetejt ma’ kittieba oħra u rbaħt, iżda għar-rikonoxximent li ingħatat il-kitba tiegħi u x-xogħol iebes tan-nies kollha involuti wara dan il-proġett.

Għall-ewwel darba, ħloqt ukoll trailer għall-ktieb, b’kollaborazzjoni mat-team artistiku ta’ Merlin Publishers.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s