SPMC

Meta mort niltaqa’ mat-tfal tal-Primarja fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, (jew kif inhu magħruf l-aktar, Sant’Agtha) ma stennejtx l-affarijiet li sibt. Kien il-Ġimgħa 24 ta’ April, u wasalt l-iskola għall-ħabta tat-tmienja u nofs biex niltaqgħa mal-istudenti tar-raba’, il-ħames u is-sitt sena tal-primarja, u nkellimhom dwar Irvin Vella u l-ewwel każ tiegħu.SPMC01

Kellimthom grupp grupp, maqsumin skont is-sena. Fit-tliet każijiet l-entużjażmu tat-tfal laqatni u impressjonani tant kemm kien kbir. Ħafna mill-istudenti kienu diġà bil-ktieb f’idejhom, mixtri mill-iskola stess, u kollha kienu familjari xi ftit jew wisq m’Irvin. Dan għaliex l-għalliema tal-Primarja introduċew lil Irvin sew fil-ġimgħat ta’ qabel, fejn saħansitra kellhom siltiet mill-ktieb għall-eżami tal-Malti. Qrajtilhom silta mill-Każ Manduca, iddiskutejna diversi xeni mill-ktieb, weġibt ħafna kurżitajiet marbuta mal-aspetti tal-kitba, u tarraftilhom xi ħaġa dwar il-ktieb ta’ Irvin li jmiss . . .

Nixtieq nirringrazzja lir-Rettur u lill-istaff tal-Kulleġġ li kull sena jistednuni mmur niltaqa’ mal-istudenti. B’mod speċjali, inrodd ħajr lill-ħabib tiegħi Duncan Caruana, għalliem u edukatur fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, mhux biss tal-għajnuna li jagħtini f’kull ktieb li noħroġ iżda wkoll tax-xogħol li għamel mal-istudenti biex isiru familjari mal-letteratura Maltija. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalija bħala kittieb li jirnexxieli noħloq dik il-ħeġġa għall-qari li rajt f’dan il-kulleġġ, u l-mod kif laqgħuni t-tfal ikompli jimlieni b’enerġija biex nikteb aktar . . . u ta’ min insemmi, li wara li tlaqt mill-iskola, b’idi tuġgħani mill-kotba kollha li ffirmajt iżda mimli enerġija, bdejt inħammem dwar it-tielet każ tal-investigatur virtwali . . .
Advertisements

One thought on “SPMC

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s