02 – Ħarsa lura lejn il-pubblikazzjoni u tnedija tal-ewwel edizzjoni ta’ It-Tielet Qamar

It-tieni parti minn sensiela ta’ bloggati dwar Il-Logħba tal-Allat

Fil-bloggata ta’ qabel din irrakkontajt kif nibtet l-idea biex nibda nikteb it-triloġija u xħitt ftit dawl dwar il-proċess ta’ kitba ta’ It-Tielet Qamar. L-għażla li l-ewwel ktieb tiegħi nippubblikah jien personali kienet waħda li għamilt għal diversi raġunijiet.

Ir-raġuni prinċipali kienet li xtaqt il-kontroll assolut fuq il-pubblikazzjoni. Meta tintrabat ma’ dar tal-pubblikazzjoni, huwa fatt li bħala kittieb se tkun limitat f’deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ grafika tal-qoxra, ma’ layouts interni tal-ktieb, ma’ format u affarijiet oħra. U hekk għandu jkun, għax id-dar tal-pubblikazzjoni għandha ċerta kriterji fuq xiex timxi, bħal house style u għarfien tajjeb tas-suq. Illum x’aktarx ma nerġax nagħmilha din il-ħaġa iżda dak iż-żmien irraġunajt li la l-ktieb ħlomtu lest, komplut bil-qoxra sewda u l-qamar fuq barra, ma xtaqtx nitlef il-kontroll. Ridtu bilfors hekk, b’qoxra iebsa, b’karta safranija. Ma kkunsidrajtx triqat oħra għax ma ridtx kunflitt mal-ideat li kelli.ITQPandJ

Din l-għażla kienet tfisser li biex nasal nippubblika kien se jkolli nitgħallem x’jinvolvi. Sibt ħafna għajnuna mingħand għadd kbir ta’ nies, fosthom kittieba stabiliti, disinjaturi, pubblikaturi u nies fl-industrija tal-istampar. Bis-saħħa ta’ dawn in-nies, stajt immexxi ’l quddiem il-proġett tiegħi. Bil-manuskritt lest minn kollox, bil-qoxra wkoll,  mort għand il-Gutenberg Press għall-aħħar fażi tal-proġett. Ftehmna fuq id-dettalji kollha, inatajt stima (li bqajt sejjer biha il-bank biex issellift is-somma li kelli bżonn) u mxejna għall-istampar, proċess li fih inniffsu ma ħax xi żmien twil.

Sadanittant, bdejt nippjana it-tnedija, kif ukoll kif se nqassam il-ktieb fil-ħwienet. Għat-tnedija għażilt il-Punch & Judy, ir-Rabat, nightclub li dak iż-żmien kien propjetà ta’ wieħed mill-akbar ħbieb tiegħi (u li aktar tard sar karattru fis-Sitt Aħwa, wara li gerger li qatt ma nikteb xejn dwaru. Fil-fatt jidher u jmut fl-istess kapitlu!).

Il-marketing għamiltu l-aktar via Facebook u email – bil-posta bgħatt biss madwar 50 invit, lil nies li naf li huma allerġiċi għat-teknoloġija.Launch Poster v2

Għat-tqassim fil-ħwienet għamilt kuntatt ma’ Matthew Vella, ta’ Sierra Book Distributors, u malajr wasalna fi ftehim. Kollox kien lest. U meta fl-aħħar ċempluli biex immur nara l-ktieb lest . . . ma nafx niddeskrivi mument bħal dak. Kont emozzjonat wisq.

It-tnedija kienet suċċess kbir. Għażilt l-10 ta’ Ġunju għal żewġ raġunijiet; l-ewwel waħda kienet li l-għada kien għeluq snini. It-tieni kienet li f’dak il-lejl, il-qamar kellu jkun eżatt eżatt fil-fażi tat-tielet qamar, first quarter bl-Ingliż. Dakinhar f’nofsillejl għalaqt 32 sena u qtajt waħda mill-akbar ħolmiet li qatt kelli. Il-qofol tas-serata ma kienx l-ammont ta’ kotba li bigħhejt, iżda l-gost li naqsam dik l-esperjenza mal-familja u mal-akbar ħbieb tiegħi.

Wara t-tnedija għamilt ukoll żewġ attivitajiet biex niltaqa’ mal-qarrejja. Deja Vu Launch

L-ewwel waħda għamilta għand Deja Vu Bookstore, is-Swieqi, ħanut ċkejken, li jilqgħek, u li fih is-seħer ta’ ħanut tal-kotba. Simone, il-propjetarja tal-ħanut, organizzat l-attività b’mod impekkabbli u dawk kollha li ġew ħadu gost immens.

It-tieni attività għamiltha f’Ħad-Dingli, raħal twelidi, f’Awwissu, ġewwa l-Għajn Stationery. Grazzi għal Mariella, li kienet tieħu ħsieb il-ħanut dak iż-żmien, irnexxielna ntellgħu attività oħra li kienet ta’ suċċess kbir. Għall-ewwel darba, iltqajt ma’ għadd ta’ nies li kienu laħqu qraw il-ktieb u li tawni ħafna feedback li għadni ngħożżu sal-lum.

1910207_158542871046_5262654_nMatul dak ix-xahar ukoll, inatajt il-premju Ġieħ Ħad-Dingli, mis-Sindku ta’ dak iż-żmien is-Sur Ian Borg. Kien premju li ma stennejtx, u li għamilni kburi ħafna – kemm għax ħassejtni apprezzat minn Dinglin bħali u kemm għax f’dak il-mument irealizzajt li bil-kitba tiegħi nista’ b’xi mod inkun ta’ għajnuna għall-komunità li ngħix fiha.

Eventwalment, l-ewwel edizzjoni tat-Tielet Qamar inbiegħet kollha. It-tieni edizzjoni, b’format ġdid u tassew attraenti, ġiet ippubblikata minn Merlin Publishers f’Ġunju tal- 2010, dakinhar tat-tnedija tat-tieni ktieb tiegħi, L-Aħħar Ħolma.

Advertisements

2 thoughts on “02 – Ħarsa lura lejn il-pubblikazzjoni u tnedija tal-ewwel edizzjoni ta’ It-Tielet Qamar

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s