03 Ħolma oħra mwettqa …

It-tielet parti minn serje ta’ bloggati dwar it-triloġija Il-Logħba tal-Allat, dwar l-ideat, il-proċessi u t-triq li wasslithom fuq l-ixkafef tal-ħwienet . . .

420482_10150700945046047_1653126090_n
Dettall tal-qoxra ta’ L-Aħħar Ħolma – xogħol ta’ Matthew Grima Connell

It-tieni ktieb tat-triloġija, L-Aħħar Ħolma, kien diġà fil-biċċa l-kbira miktub meta ppublikajt l-ewwel ktieb. Kif spjegajt fi bloggata preċedenti, L-Aħħar Ħolma jinkorpora l-back story tat-triloġija, ċioè, l-istorja li ħloqt dwar il-passat ta’ wħud mill-karattri. F’din l-istorja, nidħol f’aktar dettal dwar l-oriġini tan-nies tax-Xiħ, u dwar dak li ġralhom madwar sittin sena qabel Xon, Marku u Riku sabu l-muftieħ li bih setgħu jgħaddu lejn Qim (Qim hija d-dinja paralella li tgħaqqad id-dinjiet l-oħra kollha flimkien). Qed ngħid li kien miktub, iżda mhux f’post wieħed u mhux f’ordni kronoliġika. Fil-fatt, kelli għadd ta’ kitbiet sparpajati ’l hawn u ’l hemm, li kienu aktar f’sura ta’ noti miktuba biex jgħinuni nibni It-Tielet Qamar.

Peress li kelli diġà idea ġenerali ta’ x’se nagħmel, stajt indaħħal l-element ta’ ‘arc’ li finalment tgħaqqad it-triloġija flimkien f’ċirku komplut, u dan wettaqtu billi daħħalt prologu f’kull wieħed mill-kotba li jirreferi dejjem għall-ktieb li jmiss. Waħda mill-bloggati li ġejjin se tkun fuq dan l-element u kif użajtu.

BOOKMARK L-AHHAR HOLMA low res
Bookmark iddisinjata minn Pierre Portelli li tqassmet mal-ktieb

Għadni niftakar ċar ħafna, ftit xhur wara t-tnedija ta’ It-Tielet Qamar, kif kont miexi fuq l-irdumijiet u f’daqqa waħda f’moħħi bejt ngħaqqad dawn il-biċċiet kollha, u nżid xi ideat ġodda wkoll, biex b’hekk ikolli storja sħiħa. Lanqas mort id-dar dakinhar – ċempilt lil sieħbi Roderick (fl-istorja, Riku l-Landa) biex nara kienx qiegħed l-għalqa, u għidtlu jlestili ftit karti u biex nikteb. Sibtu jistennieni, u kien lestieli wkoll kikkra kafe kif tmiss il-liġi. Hu mar idur għall-kaċċa, u jien intfajt inniżżel l-ideat kollha li ġewni matul il-mixja. Sagħtejn u nofs u tliet kikkri kafe wara, kelli l-plot sħiħ imfassal quddiemi. Minn hemm kien faċli ħafna biex ngħaqqad il-manuskritt.

Minħabba l-fatt li l-ġrajja ta’ L-Aħħar Ħolma sseħħ madwar sittin sena qabel il-ġrajjiet ta’ It-Tielet Qamar, ħafna jistaqsuni għaliex iddeċidejt li ma niktibx it-triloġija b’mod kronoloġiku. L-għażla tiegħi kienet ibbażata fuq aktar minn fattur wieħed:

  • L-istorja li xtaqt nirrakkonta l-ewwel kienet dik taż-żgħażagħ protagonisti, ċioè, Xon, Riku u Marku.
  • Ridt insib mezz kif lill-qarrej inqanqallu l-kurżità – ħassejt li stajt nagħmel dan billi  nibda nikxef storja akbar ftit ftit.
  • Dehrli li jekk nibda mill-preżent, nista’ nuża ċertu elementi bħala sorpriża, u li kieku kienu jintilfu (bħal pereżempju, il-fatt li Damjan il-Bomblu kien fil-verità iben Abram l-Elfju u ħu Petra).

Ir-reazzjoni tal-qarrejja għal din l-għażla kienet fil-biċċa l-kbira pożittiva. B’din it-teknika, qatgħu kurżitajiet li kellhom mill-ewwel ktieb, kif ukoll wittejtilhom it-triq għat-tielet u l-aħħar ktieb tat-triloġija billi spjegajtilhom aħjar ċertu kunċetti li f’It-Tielet Qamar ma kontx dħalt f’wisq dettal fihom.

Advertisements

One thought on “03 Ħolma oħra mwettqa …

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s