07 L-importanza tal-kontinwità fil-Logħba tal-Allat

Is-seba’ parti minn serje ta’ bloggati dwar it-triloġija Il-Logħba tal-Allat, dwar l-ideat, il-proċessi u t-triq li wasslithom fuq l-ixkafef tal-ħwienet . . .

infinity-584674_1920

Fi bloggata riċenti tkellimt fuq il-kontinwità u l-importanza tagħha fit-triloġija. Ridt noqgħod attent biex nagħlaq kull plot line li ftaħt fl-istorja. Dan kien dmir tiegħi biex il-qarrej ikun sodisfatt li qara l-ġrajja sħiħa. Minbarra hekk, ħloqt ukoll Story ARC li tgħaqqad it-tliet kotba permezz ta’ konnessjoni bejn affarijiet li seħħew fi żminijiet differenti fil-ġrajja. Din għamiltha permezz tat-3 prologi fejn kull ktieb jirreferi għal dak ta’ warajh, bit-tielet ktieb jerġa’ jirreferi għall-ewwel wieħed – u hekk ħloqt ċirku komplut.

Il-prologu ta’ It-Tielet Qamar jintroduċi lil Mikiel l-Anġlu waqt li qiegħed jaħrab mill-Għassiesa ma’ Damjan u Sa-Marin. Dik l-istorja tiġi esplorata fid-dettall fit-tieni ktieb.

L-Aħħar Ħolma jibda b’xena ta’ żewġt itfal żgħar jilgħabu f’xatt il-baħar fuq id-dinja ta’Siì. Hemmhekk jassistu għal fenomenu stramb ħafna, il-waqgħa t’oġett mill-ispazju li jġiegħel il-baħar jirtira lura u l-art titriegħed b’terremoti kbar. Il-kif u l-għaliex jiġi mfisser fit-tielet ktieb.

Il-kapitlu li jiftaħ bih Is-Sitt Aħwa, jerġa’ jeħodna lura lejn It-TieletQamar, ftit jiem qabel imut in-nannu ta’ Xon. Fil-fatt, iddeskrivejt il-laqgħa li kellhom Mikiel l-Anġlu u Salvu l-Qamar fir-razzett ta’ Salvu f’Ħad-Dingli. Din il-laqgħa ssir tlett ijiem qabel imut Salvu.

Din l-idea ta’ ħoloq u konnessjonijiet hija tema rikorrenti fit-triloġija u tirrifletti ċ-ċiklu tan-natura fejn minn ħaġa li tispiċċa tibda oħra ġdida. Hekk insibu li Xon kompla fejn ħalla Salvu, Mikiel huwa estensjoni ta’ Baàl, u l-logħba tas-sitt aħwa allat hija propju din il-ħaġa ħajja li tiġġedded kontinwament . . .

. . . u għax tassew nemmen fil-kontimwità u li minn ħaġa li tintemm tibda oħra ġdida, ħallejt ukoll tarf tal-kobba maħlul, biex forsi xi darba nikteb il-ktieb li jmiss marbut ma’ din is-serje . . .

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s