3 iljieli f’Sant’Iermu

Qari, intervisti, inbid, mużika, kotba, ikel u filmati. L-ingredjenti ta’ riċetta mill-iprem. U l-ingredjent speċjali kienet l-atmosfera intima tal-forti Sant’Iermu li kkumplimentat perfettament l-għaxar edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura. Din kienet l-ewwel darba li ġejt mistieden nieħu sehem f’dan il-festival u stajt narah minn lenti differenti minn tas-soltu. Rajt mill-qrib lill-voluntiera jaħdmu u jistinkaw biex kollox ikun organizzat sal-iċken dettall, ħdimt ma’ awturi barranin f’workshops fejn iddiskutejna ix-xogħlijiet tagħna, fhimt kemm biċċa xogħol bħal din tinvolvi ħin u sagrifiċċji biex tirnexxi.

It-tlett ijiem tal-festival kienu kollha uniċi u speċjali. L-ewwel serata, dik tal-Ħamis, bdiet bin-noti tal-Brodu, grupp li sar wieħed mill-favoriti tiegħi fix-xena lokali. Kelli l-okkażjoni wkoll li ngħid kelma mal-membri tal-band qabel bdiet is-serata. Caldon Mercieca ppreżenta filmati, Efe Duyan mit-Turkija, Nadia Mifsud u James Vella mir-Renju Unit qraw xogħolijiet tagħhom, filwaqt li Walid Nabhan intervista lil Tamim Barghouthi mill-Palestina.

Il-mużika tal-Ġimgħa kienet f’idejn Nadine Axisa bil-leħen uniku tagħha. Moez Majed  mit-Tuniżija, Trevor Żahra u Jana Putrle Srdić (mis-Slovenja) qraw xogħolijiet tagħhom filwaqt li kien hemm ukoll intervista lil Hisham Matar minn Albert Gatt.

11935561_10153549926741678_6398150250924376084_oJien messni naqra fit-tielet serata tal-festival, is-Sibt 29 t’Awwissu. Kont eċitat għax mhux daqshekk kunfidenti fuq il-palk. Ippreparajt ruħi kemm stajt, iżda xorta, meta sejħu ismi ħassejt dik it-trepidanza. Tlajt fuq il-palk taħt id-dawl ta’ qamar kwinta (u ħafna dawl artifiċjali) u qrajt kapitlu sħiħ minn Jien, Wieħed Minnhom, il-ktieb il-ġdid tiegħi li ħiereġ aktar tard din is-sena. Dan huwa s-sequel ta’ Fil-Mergħat tal-Impossibbli, u dawk li huma midħla tal-istorja, tawni rispons tajjeb ħafna tas-silta li għażilt – xena telepatika intima bejn Steve Ebejer, il-protagonist u narratur tal-istorja, u Beatriz, Serafina oħra li jiltaqa’ magħha ġewwa Rio, fil-Brazil.

11056632_10153549927321678_921041147296934988_o
Albert Gatt jaqra ‘A Car Like Hers’

Wara li temmejt il-qari tiegħi, Albert Gatt tela’ fuq il-palk minfloki biex qara ‘A Car Like Hers’, traduzzjoni tan-novella qasira ‘Karozza bħal Tagħha’ ippubblikata f’ħarġa 33 ta’ Leħen il-Malti mill-Għaqda tal-Malti. It-traduzzjoni għamiltha jien stess,
b’kollaborazzjoni mal-awtur Ingliż ta’ nisel Malti James Vella. Bil-mod eċċellenti kif qraha Albert ħarġet tassew b’saħħitha. L-udjenza dehret li laqgħatha tajjeb ħafna, anki mill-kummenti li rċevejt wara.

Il-filmat tal-aħħar serata kien ibbażat fuq poeżija ta’ Mario Azzopardi. Norbert Bugeja qara għadd ta’ poeżiji bil-Malti u bl-Ingliż.

Wara interval u żewġ siltiet mużika eċċellenti mit-trio Oliver Degabriele,  Joe Debono u Joseph Camilleri kien hemm intervista interessantissima mal-awtriċi mir-Renju Unit Marina Warner, li ddiskutiet it-tema tal-ħrejjef u l-impatt tagħhom fil-ħajja moderna, kif ukoll qrat xi siltiet minn kitbiet tagħha.

Fi tmiem il-festival, l-awturi kollha ġew mistiedna mill-ġdid fuq il-palk biex jaqraw xi ħaġa qasira kull wieħed. Jien għażilt li naqra ‘Kliem’ – silta ta’ mitejn kelma li xi żmien ilu dehret fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Għidli Mitejn – Tell me 200’, proġett ta’ Ġorġ Mallia.

11928717_10153549985576678_4547716392229114225_o

U ritratt tal-aħħar ma setax jonqos. Prosit kbira lil Inizjamed u lill-voluntiera kollha li taw sehem f’din l-edizzjoni.

Ritratti: Virginia Monteforte

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s