Analiżi tat-triloġija minn 3 studenti

57252_10151306882596047_1759166067_o

Ftit xhur ilu sirt naf li 3 studenti tal-Form 3 għamlu proġett tal-letteratura fuq it-triloġija tiegħi. Kull wieħed minnhom iffoka fuq ktieb partikulari mill-Logħba tal-Allat u għamlu kritika letterarja tiegħu. Il-konklużjonijiet tagħhom ippreżentawhom lill-istudenti l-oħra fl-istess skola.

Dawn l-istudenti avviċinawni biex jgħiduli bil-proġett. Ħadt gost li l-kitba tiegħi qanqlet dan l-interess, u li b’mod indirett stajt ngħin lil dawn l-istudenti biex japprezzaw il-kitba u l-letteratura. Għax sfortunatament hemm verità li għal min iħobb jaqra tinstema’ kerha – ftit huma dawk li jaqraw – niltaqa’ ma’ ħafna li jgħiduli li wara li spiċċaw l-iskola ma qrawx ktieb ieħor. Forsi ma tfisser xejn, u forsi hija traġika. Ma nafx. Naf biss li dawn it-3 studenti imlewni sodisfazzjon, tant li tlabthom l-analiżi li għamlu fuq il-kotba tiegħi.

Din li ġejja hija parti mill-kritika li bagħtuli, dik dwar It-Tielet Qamar:

L-awtur bl-imaġinazzjoni fertili tiegħu jibni b’reqqa kbira dinjiet paralleli fejn il-ġrajjiet ta’ din in-novella jiżvolgu. Salvu minn Ħad-Dingli, u li għandu ħamsa u disgħin sena, fuq is-sodda tal-mewt ħalla lin-neputi Xon wirt misterjuż fi ktieb.

Marku u Riku, żewġt iħbieb ta’ Xon, jingħaqdu fi grupp biex jiskopru s-sigriet li jwassalhom Haġar Qim, it-tluq tal-vjaġġ tagħhom lejn post fejn il-ħin jieqaf kompletament.

F’din id-dinja parallela, il-ħajja għaqlija tal-abitanti tiġi mhedda mir-ritorn ta’ Mikiel l-Anġlu, li darba kien in-nemesis ta’ Salvu. L-abitanti ta’ madwar il-gżira preistorika jingħaqqdu flimkien biex jiddefendu l-art armonjuża tagħhom, biex dan juri li t-tajjeb u l-ħażin finalment jiġi stabbilit.

L-istruttura ta’ It-Tielet Qamar hija dik tal-vjaġġi erojċi klassiċi. Hemm il-soluzzjoni tal-ħaġa moħġaġa, il-vjaġġ, it-test, il-laqgħa mal-allat – f’dan il-każ, tal-mara għaqlija – u r-ritorn potenzjali tal-eroj.  Għandna lil Malta tal-preżent u l-parallel tagħha, l-istess gżira bit-tempji preistoriċi u l-interpretazzjonijiet differenti ta’ użu u tifsiriet oriġinali tagħhom. Dawn għall-awtur huma postijiet mill-isbaħ għall-finzjoni. Hawnhekk naraw l-imħabba tal-awtur għall-post twelidu, Ħad-Dingli, insibu l-awra misterjuża ta’ postijiet bħal Ġebel Ċantar, Miġra Ferħa, il-Qaws, il-Madliena u l-Għar il-Kbir. Fil-fatt, hija din l-atmosfera li tagħmel It-Tielet Qamar xogħol li fih sens maġiku u enigmatiku. L-awtur jagħmel użu tajjeb tal-vernakulari, li jagħti l-flessibilità lil dawk biss li huma fl-imħabba mal-lingwa Maltija.  Eżempju ta’ dan jinsabu fil-laqmijiet mogħtija lill-karattri prinċipali: Riku, magħruf bħala ‘Landa’, li hu mibni sew u matur aktar mis-snin tiegħu; hu l-eroj b’qalb tad-deheb li l-għarfien tal-affarijiet kollha  militari jużahom fil-battalja finali. Marku, imlaqqam ‘Il-Fieres’, huwa dak l-astut li joħloq tbissima, u Xon magħruf bħala ‘Griż’ li dejjem kien ta’ sieq għal dawk ta’ madwaru.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s