08 Il-ġurdien fil-qoxra

It-tmien parti minn serje ta’ bloggati dwar it-triloġija Il-Logħba tal-Allat, dwar l-ideat, il-proċessi u t-triq li wasslithom fuq l-ixkafef tal-ħwienet . . .

Ħaġa ġo ħaġa, ħaġa moħġaġa. Dejjem għoġobni l-logħob bil-kliem u bil-viżwali. Fiha ċertu faxxinu xi ħaġa moħbija li trid issibha, li trid tikxifha. U meta ssibha, tibqa’ tfittex u ssib xi ħaġa oħra, moħbija aktar ‘l isfel. Dan kien il-kunċett wara l-logħba ċkejkna li hemm fil-qxur tat-triloġija tiegħi.

Jekk wieħed jifli sew il-qoxra ta’ It-Tielet Qamar, isib għadd ta’ bhejjem moħbijin fid-dell tas-siġra maestuża li hemm f’nofs ir-raħal fuq il-faċċata. Minbarra n-nagħaġ li jidher sew jirgħa qalb il-friegħi ġganteski, hemm għadd ta’ gniedes moħbijin fuq wara tas-siġra.

gniedes
Dettal mill-qoxra ta’ It-Tielet Qamar

U moħbi fil-qoxra ta’ L-Aħħar Ħolma hemm ġurdien ċkejken, jittawwal lill-qarrej kurjuż biżżejjed biex jifli u jqalleb fost il-qoxra doppja tat-tieni volum.

gurdien
Il-ġurdien fil-qoxra ta’ L-Aħħar Ħolma

Din il-logħba żgħira li ħoloq l-artist Matthew Grima Connell hija eku ta’ tradizzjoni li kien beda Terence Cuneo, artist Ingliż magħruf għall-pitturi ta’ ferroviji. F’ħafna mill-pitturi tiegħu, Cuneo kien jaħbi ġurdien, li ħafna ammiraturi tiegħu kienu jinħlew ifittxu.

Fl-istess ħin, din it-tfittxija għal xi ħaġa mistura, tirrapreżenta wkoll l-avventura tal-protaginisti ta’ Il-Logħba tal-Allat, fejn kontinwament iridu jsolvu taħbiliet u jiskopru xi jridu jagħmlu biex itemmu l-vjaġġi tagħhom b’wiċċ il-ġid.

U fil-qoxra ta’ Is-Sitt Aħwa, taħsbu li hemm xi ħaġa moħbija?

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s