Mill-maltemp toħroġ qawsalla

Fis-16 ta’ Lulju 2015 kont qiegħed il-baħar mat-tfal, u wara nofstanhar nitħabtu ġol-mewġ ġejna biex nitilgħu lura. Iżda ż-żgħir tagħna, Ben, riedni nerfgħu għax kien għajjien. Ma stajtx għax kont mgħobbi sew (apparti li tqil) u allura, biex naljenah, ivvintajt storja. Ma kellix problema biex nispira ruħi. Madwarna kien hemm l-enerġija u s-seħer kollu li taf toffri n-natura. Fit-taraġ twieldet l-istorja qasira Is-Saħħara t’Għajn Tuffieħa, li għamlet xogħolha tajjeb għax it-taraġ telgħu kollu, u sakemm soqt lura lejn ir-raħal, kont irrakkontajtha erba’ darbiet.

firem

Inzerta li dakinhar stess, ġejt mitlub ngħaddi storja qasira lil Sharon Micallef Caan, l-organizzatriċi tal-proġett Mit-Tfal għat-Tfal b’Qawsallet il-Kliem. F’dan il-proġett,  l-istudenti kollha tal-Kulleġġ Santa Klara ta’ Pembroke flimkien mal-għalliema tal-Malti u 25 awtur, kant-awtur u personalitàjiet oħra, ħadmu fuq il-proċess kreattiv tal-kitba. Jien ħdimt mill-qrib ma’ żewġ klassijiet ta’ studenti biex għenthom jiktbu għadd ta’ stejjer qosra li se jkunu ppubblikati f’Novembru li ġej fl-antoloġija Djamantini. Ġejt ukoll mitlub nikteb storja biex tidħol ma’ tat-tfal – u għaddejtilhom propju Is-Saħħara t’Għajn Tuffieħa. It-tnedija tal-ktieb se ssir nhar it-Tnejn 2 ta’ Novembru mill-ħdax ta’ filgħodu san-12:30. Il-qligħ kollu mill-bejgħ tal-ktieb se jmur b’risq ir-Rainbow Ward.

Dan il-filmat – https://www.youtube.com/watch?v=Oi_OW3E9vwo –  juri xi aspetti dwar il-proġett li sar matul is-sena skolastika 2014-2015. Il-proġett kellu l-għan li joffri opportunitajiet lill-istudenti fejn jiżviluppaw it-talenti tagħhom, japprezzaw il-letteratura ta’ pajjiżhom, iħaddmu b’mod ħaj il-lingwa Maltija u jgħinu lil ħaddieħor bil-kreattività kollettiva tagħhom.

jumhaddingli2015

F’Jum Ħad-Dingli, li ġie ċċelebrat nhar it-13 ta’ Settembru 2015 ġejt mistieden mill-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli biex naqra silta proża – u qrajt propju Is-Saħħara t’Għajn Tuffieħa, fil-preżenza tal-Aġent President ta’ Malta s-Sinjura Dolores Cristina, is-Sindku Sandro Azzoppardi, il-Kunsilliera ta’ Ħad-Dingli u l-mistednin tas-serata. Fraħt bil-kummenti tal-udjenza, għax apprezzaw din l-istorja ċkejkna u rnexxielhom iħossu l-istess enerġija li ħassejt jien meta ktibtha.

johnBbonello

Aneddotu ċkejken li ġegħelni nitbissem – kien hemm żball ċkejken fil-programm tas-serata u ismi tniżżel bħala John B. Bonello – u issa kurjuż niskopri dik il-B x’tirrappreżenta!

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s