Unus Mundus – l-ewwel parti

Waħda mill-ewwel bloggati li ktibt fuq dan il-blogg kienet dwar il-vjaġġ fuq tal-linja li ispirani biex nikteb Fil-Mergħat tal-Impossibbli – l-ewwel ktieb fis-sensiela Unus Mundus. F’din il-bloggata, se nsemmi xi ftit kurżitajiet dwar l-istorja u kif ktibtha.

1403495_674907612540725_1720180579_o

Il-plot kien sħiħ u ċar f’moħħi. Meta ngħid sħiħ irrid infisser li kont naf l-istorja x’sura għandha. Id-dettalji ġew wara. Biex nagħti eżempju, kont naf li għandi karattru, Steve Ebejer, li se jibda vjaġġ fuq karozza tal-linja li jieħdu fi żmien ieħor u li dawk li hemm fil-karozza miegħu se jispiċċaw protagonisti fl-istorja. Min kienu dawn il-karattri u xi stejjer kien hemm misturin fihom skoprejthom ftit ftit meta bdejt il-proċess propja tal-kitba.

Merghat4SimboluSerafini
L-isketch oriġinali tal-pendent tas-Serafini

Il-ħila ta’ Steve li jħares lejn persuna u jidħlilha f’moħħha kienet xi ħaġa li dejjem stħajjilt li nista’ nagħmel meta kont żgħir. Kont niffoka fuq xi ħadd u niċċassa lejh u nibda nimmaġinani qed nara l-ħajja minn għajnejh jew għajnejha … din saret waħda mill-ħiliet ewlenin tas-Serafini, li biha setgħu jkunu jafu l-għedewwa tagħhom x’inhuma jikkonfoffaw.

1472047_664241250274028_928179228_n
Fuq l-istand ta’ Merlin Publishers waqt it-tnedija f’Novembru 2013

Ir-riċerka kienet estensiva ħafna – minn tgħarif fuq mard infettiv, armi differenti u tattiċi militari, għal proċess li jgħaddi minnu moħħ ta’ bniedem li jesperjenza xokk kbir, għal x’inhuma dawk l-affarijiet li jistgħu jwasslu bniedem biex jagħmel suwiċidju. Sibt l-għajnuna ta’ bosta, u bil-ħila tagħhom bdejt naqqgħad kollox f’salt.

Niftakar ġurnata partikulari, f’Novembru tal-2009. Kont qiegħed f’rokna tal-ġonna ta’ San Anton, waħdi, għall-kwiet. Dak iż-żmien kont qed infittex soluzzjoni għal kif se ndaħħal il-leġġenda tas-Serafini fl-istorja. Mix-xejn, tfaċċa bniedem u qbadna diskursata, u mingħajr ma jaf tani s-soluzzjoni li ridt meta beda jikkwotali mix-xogħolijiet ta’ Carl Gustav Jung, psikjatra Svizzeru li ħalla impatt kbir bit-teoriji tiegħu.

1146546_664241520274001_788107179_n

Biċċiet kbar mill-istorja ktibthom f’kafetterija ċkejkna n-Naxxar. Kien jisimha Ape Miele u Valent, is-sid, kien drani sew. Kafè, torta tat-tuffieħ, sigarett (kien għadni npejjep dak iż-żmien) u ktejjeb tan-noti li kont inħarbex fih ftit kuljum. Imbagħad meta nasal id-dar, nitrasferixxi dak li ħażżist għal ġod-djarju qadim, il-manuskritt propja tal-istorja li f’dak il-mument kien jismu ‘81‘. Dak il-working title ġie mill-fatt li l-karozza tal-linja li rikeb Steve kienet dik tar-rotta ta’ Ħad-Dingli, il-wieħed u tmenin. Eventwalment biddilt l-isem għal ‘Is-Sejħa‘ u fl-aħħar għal ‘Fil-Mergħat tal-Impossibbli‘, isem li għadni niftakar il-post eżatt fejn ġieni f’moħħi – fuq ir-riħ ta’ Rdum de Piro.

U l-vjaġġ li beda Steve, tkompla u tlesta fit-tieni parti ta’ Unus Mundus – Jien, Wieħed Minnhom, li se jkun ippubblikat aktar tard din is-sena.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s