E-books. Le grazzi.

read-876536_1920

Bħalissa hawn ammont ta’ artikli u rapporti li qed ixandru żieda fil-bejgħ ta’ kotba tradizzjonali u bejgħ anqas fis-suq tal-kotba elettroniċi. Dan l-argument, tal-kotba tradizzjonali vs il-kotba elettroniċi, nisimgħuh ġurnata iwa u oħra le. Jien naħseb li l-e-readers u l-e-books għandhom suq għalihom. Nemmen ukoll li l-ktieb mitbugħ se jibqa’ – anzi, għandu ġejjieni sabiħ.

Personalment, l-e-books ma jgħoddux għalija.

Ippruvajt. Qrajt 5 kotba fuq e-reader. Sibt ħames klassiċi, uħud li diġà qrajt, oħrajn li kien għadni ma qrajtx, u bdejt bihom. Ridt inkun naf x’inhi l-esperjenza li taqra ktieb elettroniku. Iżda wara li lestejthom kien hemm xi ħaġa nieqsa. Qisni mort niekol xi mkien u ħriġt mir-restorant bil-ġuħ. Mhux għax ma ħadtx gost naqrahom. Fl-istejjer xorta ntlift. Wieħed minnhom kien Treasure Island ta’ Robert Louis Stevenson, storja għal qalbi ħafna sa minn meta kont żgħir. Erġajt qrajt ukoll The Time Machine ta’ H.G. Wells. Imbagħad sibt tliet kotba li kien ilni nixtieq naqra, u skoprejthom minn fuq l-iscreen tal-e-reader: Arsene Lupin ta’ Maurice LeBlanc. The Curious Case of Benjamin Button ta’ F. Scott Fitzgerald u Diary of a Madman and Other Stories ta’ Nikolai Gogol. Kollha stejjer sbieħ, bla dubju. L-istejjer ma dejqunix. Iżda l-esperjenza ma kinitx tajba.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s