9 stejjer mill-Mellieħa

view

Fi bloggata riċenti ktibt dwar l-esperjenza tiegħi mal-istudenti tas-6 sena tal-iskola primarja tal-Mellieħa, fejn flimkien bdejna naħdmu fuq għadd ta’ stejjer bil-ħsieb li jiġu ppubblikati. Wara dik l-ewwel laqgħa erġajt mort fl-iskola fil-bidu ta’ Frar fejn rajt l-ewwel abbozzi tal-kitbiet. F’dan l-istadju l-istejjer kienu għadhom qegħdin jiġu żviluppati u għalhekk iddiskutejt mal-istudenti kif jistgħu jtejbu xogħlhom. Tajthom ftit direzzjoni biex jiżviluppaw l-ideat tagħhom aħjar, mingħajr ma ndħalt wisq …

Wara t-tieni żjara, Mark Camilleri, koordinatur tal-proġett, għaddieli d-9 abbozzi kompluti u stajt nagħmel l-ewwel xogħol ta’ editjar. Qgħadt attent li t-tibdil li nagħmel ma jaffettwax b’mod negattiv l-oriġinalità tal-istejjer – u kienu oriġinali tassew! L-għan tiegħi kien li nirfina kemm nista’ dawn l-istejjer qosra biex jispikkaw aktar.

Id-9 stejjer mit-3 klassijiet li ħdimt magħhom huma kollha stejjer tajbin, b’ideat friski u miktubin b’ħila. Kont sorpriż ħafna bil-livel miksub minn dawn l-istudenti. Peress li hemm numru ta’ tfal barranin f’kull klassi, xi wħud mill-istejjer inkitbu bl-Ingiż u se jiġu tradotti bil-Malti qabel issir il-pubblikazzjoni.

It-Tnejn 14 ta’ Marzu 2016 mort għall-aħħar żjara tiegħi mal-istudenti. Fissirtilhom it-tibdil li għamilt, u fehemthom kemm l-editjar huwa proċess indispensabbli fil-kitba. Kelli diskussjoni interessanti ħafna magħhom dwar dan, u dwar affarijiet oħra wkoll, fejn fost l-oħrajn xtaqu jkunu jafu aktar dwar l-espejenzi tal-pubblikazzjonijiet tiegħi.

Issa tibda l-fażi finali, fejn l-istudenti jaħdmu mal-għalliema tal-arti tagħhom biex joħolqu l-illustrazzjonijiet tal-ktieb tagħhom stess. Fl-istess ħin, għadd ta’ voluntiera se jkunu qegħdin jagħmlu aktar xogħol t’editjar, traduzzjonijiet ta’ dawk l-istejjer li nkitbu bl-Ingliż u qari tal-provi.

school

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s