L-Intervistatur: dakinhar li staqsejt salt mistoqsijiet lil Caroline Smailes

Kollox beda minn ritratt fuq Instagram. Xi ħadd tefa’ ritratt ta’ paġna ta’ ktieb u jien għaddejt kumment, għax għaraft il-kitba inimitabbli (5 sillabi!) ta’ Caroline Smailes. Il-ktieb kien Like Bees to Honey, ktieb sabiħ, sensittiv, malinkoliku, mexxej, mimli mħabba, iħiersa u ħafna birra, ktieb li kull qarrej Malti għandu jaqra.

Ftit wara li ħallejt dak il-kumment, nirċievi email ħelwa ħelwa ħelwa mingħand dawk hemm, tal-Għaqda tal-Malti. Staqsewni nafx lil Caroline u jekk nitħajjarx nintervistaha waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus. Kif tista’ tgħid le? Qatt ma intervistajt lil ħadd qabel, u apparti li kont kurjuż-onorat nisma’ l-esperjenza ta’ l-awtriċi Ingliża, kienet ukoll opportunitá tajba biex nitgħallem.

Caroline Smailes twieldet f’Liverpool, l-Ingilterra f’familja ta’ dixxendenza Maltija. Minħabba din ir-rabta ma’ gżiritna, tħobb ħafna tiġi Malta u għandha tifkiriet sbieħ ħafna ta’ nannitha. Ma’ Caroline ltqajt l-ewwel darba fis-sajf tal-2010, id-dar tal-kuġina tagħha Jacqueline f’Ħad-Dingli. Jien kont għadni kemm ippubblikajt it-tieni ktieb, hi kienet għadha kemm ippubblikat it-tielet ktieb tagħha, Like Bees to Honey, u ġiet Malta biex tippromwovih. Għaddejna siegħa jew tnejn nitħaddtu fuq din il-passjoni li tgħaqqadna, u tkellimna fuq Star Wars ukoll. Għax taf int, kif tista’ ma titkellimx fuq Star Wars?

L-Intervista

U għaddew seba’ snin. Jumejn qabel l-intervista ltqajna Gululu, il-Kċina Maltija, (fejn jien ħadt ftira Għarbija, bil-ħaruf, xi tjubija) bħala mistednin tal-Għaqda tal-Malti. Dan kien it-Tlieta 4 t’April. Kellna ċans nitħaddtu ftit fuq il-ħajja bil-kalma u hekk tneħħi ftit dik l-ansjetá li trid tintervista lil xi ħadd li tammira tant.

DSC_0012

L-intervista saret il-Ħamis 6 t’April taħt tinda bajda riħa ta’ kotba ġodda. Ħadt ħsieb li l-mistoqsijiet ikunu tqal u antipatiċi kemm jista’ jkun, taf kif, biex ma nkunx bħal ħaddieħor. Infatti waħda mill-mistoqsijiet kienet: “As a writer, what do you find most frustrating?” u t-tweġiba mhux uffiċjali kienet “You are John, asking these hard questions.”

Ħaġa interessanti ħafna li ħarġet fl-intevista kienet kif ġiet magħmula l-qoxra ta’ Like Bees to Honey. L-illustratriċi ma’ penġietx il-qoxra, iżda ħolqitha billi għamlet collage ta’ affarijiet vera, bħal biċċa bizzilla, flixkun tal-lager magħmul mid-drapp, biljett antik, bolol u postcard. Caroline wrietna l-collage li qalgħet bħala rigal mingħand l-illustratriċi.

 

Dwar il-karattri tagħha, Caroline qaltilna li tħobb tikteb l-istorja ta’ kull karattru li tuża f’dettall kbir, tant li jirnexxielha ssir tafhom u ssir ħabiba magħhom. Meta tikteb, tipprova toħloq l-ambejt li tkun qiegħda tikteb dwaru, u mhux l-ewwel darba li spiċċat tikteb mimduda mal-art.

 

Apparti l-kitba, l-awtriċi minn Newcastle tagħmel ukoll xogħol ta’ editjar u tgħallem il-kitba krejattiva f’Universitá. Issibha diffiċli biex tibbilanċja kollox, speċjalment biex tlaħħaq ukoll mal-familja u ħafna drabi jkollha tisraq il-ħin mill-irqad. Meta tkun qiegħda taħdem fuq proġetti t’editjar ta’ kotba ta’ ħaddieħor tieqaf mill-kitba għal kollox, għax issibha li tista’ tiffoka aħjar.

 

Waħda mill-aħħar mistoqsijiet li għamiltilha kienet dwar l-aktar ktieb riċenti tagħha, The Drowning of Arthur Braxton. Dan il-ktieb inħadem film li se joħroġ għal wiri fix-xhur li ġejjin. Qaltilna li għadha ma tistax temmen li xi ħadd qabad ktieb tagħha u ħareġ film minnu. Tħossha kburija u onoratha ħafna li xi ħadd ieħor emmen li dak li kitbet seta’ jieħu ħajja ġdida fis-swali taċ-ċinema.

 

IMG_20170406_202622

 

Wara li spiċċat l-intevista, kellna ċans inkomplu nitkellmu waqt li ħadna flixkun birra flimkien, u Caroline iffirmatilna l-kotba bil-pinna favorita tagħha . . .

 

Kotba oħra ta’ Caroline Smailes huma:
Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s