Każ ġdid fjamant għall-Investigatur Virtwali–Irvin Vella #03

 

Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor (Irvin Vella, Investigatur Virtwali #03)

Pubblikazzjoni, Merlin Publishers, 2018

Każ ġdid għal Irvin Vella

Is-sensiela tal-Investigatur Virtwali bdiet b’Il-Każ Manduca, fejn Irvin Vella jinvestiga d-dehriet ta’ ħares ġewwa villa fir-Rabat. Fit-tieni ktieb tas-serje, Il-Każ tas-Serqiet Strambi, grupp ta’ ħallelin jidħlu f’għadd ta’ ħwienet u ma jisirqu xejn. Fit-tielet każ tal-Investigatur Virtwali, din id-darba se mmorru Għawdex fil-bard u l-ksieħ ta’ Jannar għal investigazzjoni daqsxejn differenti.

Lejlet l-ewwel tas-sena, Kevin Piscopo, avukat Malti, tilef ħajtu f’inċident fatali. Oħtu, li għandha xi dubji dwar x’seta’ wassal għall-inċident ta’ ħuha, tqabbad lil Irvin jitkixxef x’kien qed jagħmel Kevin fl-aħħar sigħat qabel miet. Dak li jirnexxilhom jiskopru Irvin, Luca u Laura jgħaġġeb mhux biss lilhom, iżda lill-pajjiż sħiħ…

Illustrazzjonijiet ta’ Lisa Falzon

Għal darb’oħra, il-qoxra u l-illustrazzjonijiet ta’ ġewwa tal-ktieb huma xogħol Lisa Falzon. Bl-istess stil li wżat għall-kotba ta’ qabel, Lisa tat ħajja lil xeni importanti fl-istorja, b’illustrazzjonijiet mżewqin b’dik id-daqsxejn inkejja kif taf tagħmel hi.

5

Għan-naħa ta’ quddiem tal-qoxra, din id-darba Lisa użat l-ilwien tal-għabex li xerqu tassew mal-atmosfera tal-istorja. Għal fuq wara, għażlet l-isfond ta’ qiegħ il-baħar li jgħin biex jinħoloq il-kuntrast li hemm bżonn biex jinqara l-kliem tal-blurb. Fuq ġewwa tal-ktieb hemm għaxar illustrazzjonijiet ġodda fuq l-istess stil ta’ qabel, b’daqqiet donnhom tal-lapes li joħolqu moviment u effetti sbieħ.

Għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba u online

Irvin Vella 3 - Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor

Il-ktieb jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba lokali, kif ukoll online, mis-sit ta’ Merlin Publishers jew mill-ħanut virtwali tiegħi.

Advertisements

One thought on “Każ ġdid fjamant għall-Investigatur Virtwali–Irvin Vella #03

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s