Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor — ktieb ġdid fis-sensiela Irvin Vella, Investigatur Virtwali 

Jew kif Irvin Vella ltaqa’ ma’ Guybrush Threepwood u Long John Silver

Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor

Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor (April, 2018) huwa t-3 ktieb fis-sensiela tal-Investigatur Virtwali. Il-ktieb huwa pubblikazzjoni ta’ Merlin Publishers u għal darb’oħra għandu illustrazzjonijiet ta’ Lisa Falzon.

Min hu dan Irvin Vella u x’jiġri f’dan l-aktar każ riċenti tiegħu?

Irvin Vella huwa żagħżugħ ta’ dsatax-il sena li joħlom li xi darba jsir investigatur privat. Il-każijiet strambi u ġrajjiet mhux tas-soltu jikolhom bil-ħobż. Hu nnifsu ma jaqax fin-norma ta’ żgħażagħ tamparu. Mhuwiex moħħu fis-social media, fil-ħruġ u t-tbaħrit, u lanqas jimpurtah wisq mill-isports jew minn attivitá fiżika. Iżda imbagħad fejn jidħlu investigazzjonijiet ma tiċċajtalux. Jagħmel l-almu tiegħu biex isolvi kull każ li jiġi quddiemu, jiġri wara kull ħjiel bla heda sakemm jasal biex isib tarf tal-kobba mħabbla. U jgħinuh f’kull każ li jsolvi, ibqa’ ċert li se ssib lil kuġinietu, it-tewmin Luca and Laura.

3

F’dan it-tielet każ, Irvin jintalab jinvestiga ċ-ċirkustanzi misterjużi li wasslu għall-mewt ta’ avukat Malti. Dan l-avukat, għażeb minn Ħal Balzan, imut lejlet l-ewwel tas-sena, f’inċident fatali waqt btala f’Għawdex. Oħt il-vittma tagħmel kuntatt m’Irvin u titolbu jitkixxef dwar l-aħħar ftit sigħat qabel miet ħuha sabiex tkun tista’ sserraħ moħħha li fl-inċident ta’ ħuha ma kien hemm xejn barra minn postu. Irvin jidħol għal dan il-każ b’ruħu u ġismu, u malajr jiskopri xi ħaġa tal-għaġeb dwar il-vittma u dwar ir-raġuni għaliex mar iqatta’ tmiem is-sena fil-gżira Għawdxija.

Għal min hu dan il-ktieb?

Bħaż-żewġ kotba ta’ qablu fis-sensiela tal-Investigatur Virtwali (Il-Każ Manduca, 2013 u Il-Każ tas-Serqiet Strambi, 2015), Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor  huwa ktieb immirat għal tfal minn 10 snin ‘il fuq. Iżda kemm-il darba waqqfuni nies kbar u qaluli kemm ħadu gost jaqraw dawn il-kotba investigattivi li huma mexxeja u miktubin b’mod sempliċi.

Minn fejn ġie Irvin Vella … u kif nibtet it-3 storja

Għalkemm ħafna drabi l-karattri fl-istejjer tiegħi ikunu ispirati minn nies li naf, kultant karattru jitwieled minn nies fittizji li ‘niltaqa’ magħhom fil-kotba li naqra jew f’xi film li nara. Hekk ġrali b’Irvin Vella. L-investigatur mibrum mhuwiex ispirat minn persuna waħda, iżda minn għadd ta’ karattri li ltqajt magħhom. Għandu ftit minn Columbo ta’ Peter Falk,  tikka minn Frederick ‘Fatty’ Trotteville, protagonist fl-istejjer tal-Five Find-outers ta’ Enid Blyton, kif ukoll ftit minn investigaturi oħrajn fid-dinja tal-letteratura. L-imħabba li għandu għall-żaqqu iżda, dik kollha kemm hi tiegħu.

Iż-żerriegħa li wasslitni nikteb Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor inżergħet fi tfuliti. L-influwenzi ewlenin ġew minn ġiex t’ibnadi: ktieb favorit ta’ tfuliti u logħba tal-kompjuter tad-disgħinijiet.

Il-ktieb tal-1883 ta’ Robert Louis Stevenson, Il-Gżira tat-Teżor, jibqa’ wieħed mill-kotba favoriti tiegħi. Ommi u missieri kienu xtrawli edizzjoni bil-Malti meta kelli madwar seba’ snin. Minn dakinhar qrajt l-istorja għadd ta’ drabi, anki f’edizzjonijiet differenti. Ftit ilu, qrajt l-istess ktieb lit-tfal tiegħi u stagħġibt kif din l-istorja tibqa’ taffaxxina lit-tfal ta’ kull ġenerazzjoni. Naħseb li dik kienet l-ewwel żerriegħa biex nikteb storja b’tema ta’ kaċċa għat-teżor.

Aktar tard, meta bdejt nesplora l-idea li kelli, stajt indaħħal tifkiriet tas-sigħat twal li qattajt spalla ma’ spalla ma’ ħija, nilgħabu The Secret of Monkey Island. Kien fl-1990 u din il-video game kienet ġennet lil kulħadd. Fil-logħba, inti ssir Guybrush Threepwood, żagħżugħ li jixtieq isir furban. Il-logħba tieħdok minn post għall-ieħor u trid issolvi ħafna taħbiliet biex timxi ‘l quddiem.

Jekk tixtieq tixtri l-ktieb

Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor  jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha f’Malta u Għawdex.

Tista’ ssibu wkoll online minn dawn is-siti:

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s