Imma l-mistoqsija hi, inti qrajthom?

kotba finalisti premju terramaxka 2020

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kif ħabbar il-kotba finalisti għall-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 għall-kotba ppubblikati fl-2019. Fosthom hemm 24 li se jkunu qed jikkompetu għall-Premju Terramaxka 2020, li jippremja l-kategoriji ta’ kotba miktubin għat-tfal u adoloxxenti. U fost dawn l-24, hemm żewġ kotba li ppubblikajt is-sena l-oħra!

Dawn huma Il-Każ Stella Maris (ir-raba’ ktieb fis-sensiela Irvin Vella, Investigatur Virtwali) u Żero, ktieb li oriġinarjament inkiteb bit-Taljan minn Luigi Ballerini u li qlibt fil-Malti. Iż-żewġ kotba huma pubblikazzjonijiet ta’ Merlin Publishers.

Kont fuq ix-xwiek biex nara din il-lista, u issa li ħarġet inħossni tassew kuntent. Il-fatt li l-kotba li tkun ktibt (jew fil-każ ta’ Żero, traduċejt) jiġu magħżula fost l-aqwa kotba f’Malta huwa unur kbir, u ferħan ħafna b’din il-kisba. Imma issa l-mistoqsija hija, inti qrajthom?

Il-Każ Stella Maris – Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 8-12)

Is-sensiela ta’ kotba bil-Malti għat-tfal Irvin Vella – Investigatur Virtwali tkompli b’dan ir-raba’ ktieb fis-serje, Il-Każ Stella Maris. L-Investigatur Virtwali din id-darba se jieħu f’idejh każ bejn sema u ilma.

IMG_20191011_114718_Bokeh

Il-Każ Stella Maris jista’ jinxtara online minn hawn (tqassim b’xejn) jew mill-ħwienet tal-kotba.

Fuq fuq dwar ir-raba’ każ …

Bejn il-paġni tar-raba’ ktieb ta’ din s-serje popolari għat-tfal, Irvin Vella jbaħħar fuq cruise liner ġdid fjamant. L-MV Ġgantija huwa l-ewwel cruise liner Malti li qatt salpa mill-Port il-Kbir, u waqt il-vjaġġ inawgurali tiegħu, ma jmurx kollox ward u żahar. Mnalla abbord jinzerta hemm Irvin Vella. L-Investigatur Virtwali jinħatar biex isolvi l-każ misterjuż – għandu ċans biss ftit jiem biex isib soluzzjoni, qabel l-vapur jirritorna lura Malta.

Żero – Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 13-16)

Immaġina storja mimlija azzjoni, qisek qed tara xi film ta’ James Bond. Storja mimlija mistoqsijiet u misteri, bi protagonist li jġib ruħu b’mod stramb għall-aħħar. Ftit ftit tiskopri kif dan il-protagonist, żagħżugħ li għadu kif għalaq 14-il sena, huwa ġenju tat-teknoloġija li trabba u għex magħluq waħdu f’post fejn ma kellu ebda kuntatt ma’ bnedmin oħra. Jismu Tnejn Punt Żero, fil-qosor, Żero. U d-dinja li jaf se tisfaxxa fix-xejn aktar ma tiżvolġi l-istorja.

zero

Dan il-ktieb, oriġinarjament miktub minn Luigi Ballerini kellu t-titlu oriġinali IO SONO ZERO. Fl-2016, rebaħ il-premju Bancarellino. Merlin Publishers xtraw il-jeddijiet għall-verżjoni bil-Malti ta’ din l-istorja u talbuni nagħmel adattament bil-Malti, sfida li lqajt b’gost kbir.

Żero jista’ jinxtara online minn hawn (tqassim b’xejn) jew mill-ħwienet tal-kotba.

Kotba għat-tfal – 5 stejjer bil-Malti mimlijin misteru, investigazzjoni u avventura

Irvin Vella, Investigatur Virtwali. Isolvi każijiet strambi u misteri mhux komuni. Il-każijiet tiegħu huma dokumentati fi stejjer bil-Malti tajbin għal qarrejja minn 9 snin ‘il fuq. Dawn il-kotba ssibbuhom kollha fil-libreriji pubbliċi, fil-ħwienet tal-kotba madwar Malta u Għawdex jew inkella online mill-ħanut virtwali ta’ Merlin Publishers.

Tixtieq tkun taf aktar dwar il-każijiet tal-aktar Investigatur popolari hawn Malta? Kompli aqra . . .

Continue reading “Kotba għat-tfal – 5 stejjer bil-Malti mimlijin misteru, investigazzjoni u avventura”

Cruise minn Malta għal Malta fuq il-vapur ġdid lussuż MV Ġgantija

Jirrapporta, Bastjan Borg Brincat, editur tal-gazzetta L-Aħbar.

L-industrija tal-cruise liners f’Malta mistennija tkompli tikber fis-snin li ġejjin wara li Malta Cruise Lines (MCL – kumpanija marittima Maltija) varat bastiment ġdid fjamant. U mhux vapur kwalunkwe. L-akbar cruise liner fl-istorja tal-Mediterran.

Continue reading “Cruise minn Malta għal Malta fuq il-vapur ġdid lussuż MV Ġgantija”

L-ewwel cruise liner Malti fl-istorja … u Il-Każ Stella Maris

Wara misteru ġewwa villa fir-Rabat, għadd ta’ serqiet strambi fejn ma nstab xejn nieqes u kaċċa għal teżor mhux tas-soltu, l-Investigatur Virtwali issa se jieħu f’idejh każ bejn sema u ilma.

Is-sensiela ta’ kotba bil-Malti għat-tfal Irvin Vella – Investigatur Virtwali tkompli b’dan ir-raba’ ktieb fis-serje, Il-Każ Stella Maris, pubblikazzjoni Merlin Publishers, 2019.

Il-ktieb se jkun jista’ jinxtara online minn hawn (tqassim b’xejn) jew mill-ħwienet tal-kotba fil-jiem li ġejjin.

Continue reading “L-ewwel cruise liner Malti fl-istorja … u Il-Każ Stella Maris”

Żero – thriller teknoloġiku għal qarrejja żgħar (12+)

Żero, maqlub għall-Malti minn John A. Bonello

Immaġina storja mimlija azzjoni, qisek qed tara xi film ta’ James Bond. Storja mimlija mistoqsijiet u misteri, bi protagonist li jġib ruħu b’mod stramb għall-aħħar. Ftit ftit tiskopri kif dan il-protagonist, żagħżugħ li għadu kif għalaq 14-il sena, huwa ġenju tat-teknoloġija li trabba u għex magħluq waħdu f’post fejn ma kellu ebda kuntatt ma’ bnedmin oħra. Jismu Tnejn Punt Żero, fil-qosor, Żero. U d-dinja li jaf se tisfaxxa fix-xejn aktar ma tiżvolġi l-istorja.

Continue reading “Żero – thriller teknoloġiku għal qarrejja żgħar (12+)”

Kotba bil-Malti għall-adolexxenti

Kotba bil-Malti għall-adoloxxenti

Is-sensiela ta’ kotba bil-Malti għall-adolexxenti Il-Logħba tal-Allat hija triloġija fil-ġeneru tal-fantażija. B’kollox hemm 3 kotba fis-serje, li huma:

  1. It-Tielet Qamar (2008) – Ixtrih minn hawn.
  2. L-Aħħar Ħolma (2010) – Ixtrih minn hawn.
  3. Is-Sitt Aħwa (2012) – Ixtrih minn hawn.

Għalkemm kull ktieb miktub b’mod li jista’ jinqara għalih, il-parir tiegħi hu li jinqraw fl-ordni kif ippubblikajthom.

Continue reading “Kotba bil-Malti għall-adolexxenti”

It-Taàr. Finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018

It-Taàr

L-aħbar li l-ktieb tiegħi It-Taàr intgħażel bħala wieħed mill-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 ma stennejthiex, għalkemm xtaqtha, u ferrħitni ħafna.

Ma stennejthiex mhux għax ma nemminx fl-istorja–anzi, hija storja għal qalbi, li ħdimt fuqha għal snin twal u li ppubblikajt biss wara li kont ċert li hija tajba biżżejjed. Storja li ktibt fl-2010, u li rat id-dawl fl-2017, wara seba’ snin inkisser u nsewwi fiha.

Continue reading “It-Taàr. Finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018”

Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor 

Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor, Irvin Vella 3

Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor  – Irvin Vella, Investigatur Virtwali #03

Jew kif Irvin Vella ltaqa’ ma’ Guybrush Threepwood u Long John Silver

Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor (April, 2018) huwa t-3 ktieb fis-sensiela tal-Investigatur Virtwali. Il-ktieb huwa pubblikazzjoni ta’ Merlin Publishers u għal darb’oħra għandu illustrazzjonijiet ta’ Lisa Falzon.

Jinsab għall-bejgħ minn hawn.

Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor

Min hu dan Irvin Vella u x’jiġri f’dan l-aktar każ riċenti tiegħu?

Continue reading “Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor ”

Każ ġdid fjamant għall-Investigatur Virtwali–Irvin Vella #03

Każ ġdid għal Irvin Vella

 

Il-Każ tal-Gżejjer tat-Teżor (Irvin Vella, Investigatur Virtwali #03)

Pubblikazzjoni, Merlin Publishers, 2018

Is-sensiela tal-Investigatur Virtwali bdiet b’Il-Każ Manduca, fejn Irvin Vella jinvestiga d-dehriet ta’ ħares ġewwa villa fir-Rabat. Fit-tieni ktieb tas-serje, Il-Każ tas-Serqiet Strambi, grupp ta’ ħallelin jidħlu f’għadd ta’ ħwienet u ma jisirqu xejn. Fit-tielet każ tal-Investigatur Virtwali, din id-darba se mmorru Għawdex fil-bard u l-ksieħ ta’ Jannar għal investigazzjoni daqsxejn differenti.

Continue reading “Każ ġdid fjamant għall-Investigatur Virtwali–Irvin Vella #03”

Kotba għat-tfal bil-Malti

Is-sensiela ta’ kotba bil-Malti għat-tfal Irvin Vella, Investigatur Virtwali bdejt niktibha fl-2014. Intlaqgħet tajjeb kemm mill-qarrejja żgħar li jħobbu l-qari bil-Malti u wkoll mill-kritiċi tal-letteratura Maltija. Filfatt, l-ewwel tliet kotba fis-sensiela ġew mogħtija l-Premju Terramaxka, li huwa l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għat-tfal ta’ bejn it-8 u t-12-il sena.

Continue reading “Kotba għat-tfal bil-Malti”